Skip to main content

Formoli ta’ kumpilazzjoni ta’ xhieda (riformulazzjoni)

Formoli online li jikkonċernaw ir-Regolament Nru 2020/1783

Ir-Regolament (UE) Nru 2020/1783 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda)(riformulazzjoni) ifittex li jtejjeb, jissimplifika u jaċċellera l-kooperazzjoni bejn il-qrati fil-kumpilazzjoni tax-xhieda. Ir-Regolament issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 mill-1 ta’ Lulju 2022.

Is-sistema tal-IT deċentralizzata bħala  mezz obbligatorju ta’ komunikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni u l-wasla ta’ talbiet, formoli u komunikazzjoni oħra bdiet tapplika biss mill-1 ta’ Mejju 2025 (l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25 (għal aktar dettalji ara l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2020/1783)).

Għal aktar informazzjoni ara:

  • l-istatus tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tas-sistema tal-IT deċentralizzata tista’ tarah hawnhekk:
     

    ms golive status.xlsx
  • il-Manwali tal-Utenti tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea jinsabu hawnhekk:
     

    User_manual for SoD ToE v. 2.10.pdf

Meta l-komunikazzjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata ma tkunx possibbli minħabba interruzzjoni f’dik is-sistema tal-IT jew minħabba n-natura tax-xhieda kkonċernata, jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, it-trażmissjoni għandha ssir bl-aktar mezz alternattiv xieraq u rapidu, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati l-affidabbiltà u s-sigurtà. Fejn ikun hemm tfixkil fis-sistema tal-IT deċentralizzata, għandhom jintużaw il-formoli ta’ hawn taħt fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. Bejn id-Danimarka u l-Istati Membri l-oħra tapplika l-Konvenzjoni tal-1970 dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali.

Ir-Regolament jipprevedi tliet modi ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda bejn l-Istati Membri: il-kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti rikjesta, il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mill-qorti rikjedenti u kumpilazzjoni ta’ xhieda minn aġenti diplomatiċi jew konsulari.

Il-Qorti Rikjedenti hija l-qorti jew awtorità kompetenti oħra jekk tiġi nnotifikata mill-Istat Membru rilevanti, li quddiemha jinbdew jew jiġu kkontemplati l-proċedimenti. Il-Qorti Rikjesta hija l-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għall-eżekuzzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda. Il-Korp Ċentrali huwa responsabbli għall-provvista ta’ tagħrif u t-tfittxija ta’ soluzzjonijiet għal xi diffikultajiet li jistgħu jinħolqu rigward talba.

Ir-Regolament jipprevedi 14-il formola.

Għal aktar informazzjoni, ara: 

 

[mt] FORMOLA A - TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA B - KONFERMA TAR-RIĊEVUTA TA’ TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA C - NOTIFIKA TAT-TRAŻMISSJONI TA’ TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA D - TALBA GĦAL INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA E - KONFERMA TAR-RIĊEVUTA TA’ DEPOŻITU JEW ĦLAS BIL-QUDDIEM
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA F - TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR DEWMIEN
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA G - TWEĠIBA GĦAL TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR DEWMIEN
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA H - NOTIFIKA DWAR IT-TALBA GĦAL PROĊEDURI SPEĊJALI U/JEW GĦALL-UŻU TA’ TEKNOLOĠIJI TA’ KOMUNIKAZZJONI
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA I - IN-NOTIFIKA TAD-DATA, IL-ĦIN, IL-POST TAL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA U L-KONDIZZJONIJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA J - NOTIFIKA TA’ DEWMIEN
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA K - INFORMAZZJONI DWAR L-EŻEKUZZJONI TAT-TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA L - TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI DIRETTA TAX-XHIEDA
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA M - INFORMAZZJONI MILL-KORP ĊENTRALI/AWTORITÀ KOMPETENTI DWAR KUMPILAZZJONI DIRETTA TAX-XHIEDA
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)
[mt] FORMOLA N - INFORMAZZJONI DWAR IL-PRATTIKALITAJIET TEKNIĊI BIEX ISSIR VIDJOKONFERENZA JEW BIEX TINTUŻA TEKNOLOĠIJA OĦRA TA’ KOMUNIKAZZJONI MILL-BOGĦOD
Imla l-formola online
Niżżel il-PDF li jista’ jiġi editjat u li mhux mimli bi Malti (ibdel il-Lingwa)