(L-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta' Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad- dejn f'materji ċivili u kummerċjali)
Għandha timtela mill-qorti
Lingwa
Imla din il-formola bil-lingwa tal-qorti jew tal-awtorità li lilha tkun qiegħed tibgħat l-applikazzjon tiegħek. L-attenzjoni tiegħek tinġbed lejn il-fatt li l-formola hija disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fuq is-sit web tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja fl-indirizz https://e-justice.europa.eu/content_european_account_preservation_order… u tista' wkoll timtela onlajn. Il-verżjoni lingwistika familjari għalik tista' tgħinek sabiex timla l-formola fil- lingwa meħtieġa. Fuq is-sit web tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja ssib ukoll informazzjoni dwar jekk Stat Membru partikolari kkonċernat ikunx ta indikazzjoni li se jaċċetta d-dokumenti li għandhom jiġu indirizzati lill-awtorità b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 50(1)(o) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014).
Dokumenti ġustifikattivi
Mal-formola tar-rikors irid irid ikun hemm mehmuża d-dokumenti ġustifikattivi kollha relevanti. Jekk jogħġbok ehmeż kopja tal-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (“l-Ordni ta' Preservazzjoni”) relevanti.
Kodiċijiet tal-pajjiż
Kull meta tirreferi għal Stat Membru meta tkun qiegħed timla din il-formola, jekk jogħġbok uża l-kodiċijiet tal-pajjżi kif ġej:
| AT L-Awstrija |
EL Il-Greċja |
IT L-Italja |
PT Il-Portugall |
| BE Il-Belġju |
ES Spanja |
LT Il-Litwanja |
RO Rumanija |
| BG Bulgarija |
FI Il-Finlandja |
LU Il-Lussemburgu |
SE L-Iżvezja |
| CY Ċipru |
FR Franza |
LV Il-Latvja |
SI Is-Slovenja |
| CZ Ir-Repubblika Ċeka |
HR il-Kroazja |
MT Malta |
SK L-Islovakkja |
| DE Il-Ġermanja |
HU L-Ungerija |
NL L-Olanda |
|
| EE L-Estonja |
IE L-Irlanda |
PL Il-Polonja |
|
Applikazzjoni għal rimedju
L-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 jiddisponu r-rimedji disponibbli lid-debitur. L-Artikolu 35 tar- Regolament jiddisponi rimedji oħrajn disponibbli għad-debitur u għall-kreditur.
Jekk tkun trid tqajjem xi oġġezzjoni kontra l-ħruġ tal-Ordni ta' Preservazzjoni, inti għandek tirrikorri quddiem il-qorti kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun inħarġet l-Ordni ta' Preservazzjoni.
Jekk tkun trid tqajjem xi oġġezzjoni kontra l-eżekuzzjoni tal-Ordni ta' Preservazzjoni, inti għandek tirrikorri quddiem il-qorti, jew, fejn il-liġi nazzjonali hekk tipprovdi, tagħmel talba lill-awtorità kompetenti ta' eżekuzzjoni fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni fejn ikun jinsab il-kont ippreservat.
Fis-sit web tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja ssib ukoll informazzjoni dwar il-ħlas ta' tariffi tal-qorti fi proċedimenti għall-kisba ta' rimedju konta Ordni ta' Preservazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat.
Meta din il-formola tippermetti ż-żieda ta' test liberu, u meta l-formola tkun qiegħda timtela fuq il-karta, jekk jogħġbok uża folji addizzjonali jekk ikun meħtieġ u innumera kull paġna.
1. Il-qorti jew l-awtorità li quddiemha jsir ir-rikors għal rimedju