ANNESS V
Talba ta' rilaxx ta' ammonti żejda ppreservati
(L-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta' Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad- dejn f'materji ċivili u kummerċjali)
INFORMAZZJONI IMPORTANTI
Din it-talba għandha tiġi ppreżentata mill-kreditur bl-aktar mezz veloċi possibbli lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni li fih tkun seħħet il-preservazzjoni żejda. Il-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Portal tal-e-Ġustizzja Ewropea fl-indirizz https://e- justice.europa.eu/content_european_account_preservation_order-379-mt.do. Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat mhux iktar tard mit-tielet jum ta' xogħol wara li tasal kwalunkwe dikjarazzjoni skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 li turi li kien hemm preservazzjoni żejda.
Lingwa
Imla din il-formola bil-lingwa tal-awtorità kompetenri li lilha tkun qiegħed tibgħat il-pretensjoni tiegħek. L-attenzjoni tiegħek tinġibed lejn il-fatt li l-formola hija disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fuq is-sit web tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika fl-indrizz https://e-justice.europa.eu/content_european_account_preservation_order… u tista' wkoll timtela onlajn. Il-verżjoni lingwistika familjari għalik tista' tgħinek sabiex timla l-formola fil-lingwa meħtieġa. Fuq is-sit web tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika ssib ukoll informazzjoni dwar jekk Stat Membru partikolari ikunx ta indikazjoni li se jaċċetta dokumenti indirizzati lill-awtorità kompetenti b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 50(1)(o) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014).
Kodiċijiet tal-pajjiżKull meta tirreferi għal Stat Membru meta tkun qiegħed timla' din il-formola, jekk jogħġbok uża l-kodiċijiet tal-pajjżi kif ġej:
1. Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet
1.1 Il-qorti li tkun ħarġet l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (“l-Ordni ta' Preservazzjoni
1.1.2. Indirizz