Rikors għal Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
(L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta' Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f'materji ċivili u kummerċjali
JEKK JOGĦĠBOK AQRA L-LINJI GWIDA FIL-BIDU TA' KULL TAQSIMA — DAWN GĦANDHOM JGĦINUK TIMLA' DIN IL-FORMOLA
Lingwa
Imla' din il-formola bil-lingwa tal-qorti tal-Istat Membru li lilu tkun qiegħed tibgħat ir-rikors tiegħek. L-attenzjoni tiegħek tinġibed lejn il-fatt li l-formola hija disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fuq is-sit web tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika fl-indirizz https://e-justice.europa.eu/content_european_account_preservation_order… u tista' timtela' wkoll onlajn. Il-verżjoni lingwistika li inti familjari magħha tista' tgħinek biex timla' l-formola bil-lingwa meħtieġa tal-qorti tal-Istat Membru kkonċernat. Fuq is-sit web tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika ssib ukoll informazzjoni dwar jekk Stat Membru partikolari ikunx se jaċċetta, skont l-Artikolu 50(1)(o) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014, d-dokumenti li għandhom jiġu indirizzati lill-qorti f'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea.
Dokumenti ġustifikattivi
Mal-formola tar-rikors jeħtieġ li jiġu ppreżentati d-dokumenti ġustifikattivi kollha relevanti. Jekk tkun diġà ksibt sentenza, transazzjoni ġudizzjarja permezz tal-qorti jew strument awtentiku, jekk jogħġbok ehmeż kopja ta' dik is-sentenza, transazzjoni ġudizzjarja permezz tal-qorti jew strument awtentiku li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħhom.
Kodiċijiet tal-pajjiż
Kull meta tirreferi għal Stat Membru meta tkun qiegħed timla' din il-formola, jekk jogħġbok uża l-kodiċijiet tal-pajjżi kif ġej:
| AT L-Awstrija |
EL Il-Greċja |
IT L-Italja |
PT Il-Portugall |
| BE Il-Belġju |
ES Spanja |
LT Il-Litwanja |
RO Rumanija |
| BG Bulgarija |
FI Il-Finlandja |
LU Il-Lussemburgu |
SE L-Iżvezja |
| CY Ċipru |
FR Franza |
LV Il-Latvja |
SI Is-Slovenja |
| CZ Ir-Repubblika Ċeka |
HR il-Kroazja |
MT Malta |
SK L-Islovakkja |
| DE Il-Ġermanja |
HU L-Ungerija |
NL L-Olanda |
|
| EE L-Estonja |
IE L-Irlanda |
PL Il-Polonja |
|
Fejn f'din il-formola ikun possibbli li jiġi miżjud test liberu, u meta l-formola tkun qiegħda timtela' fuq il-karta, jekk jogħġbok uża paġni addizzjonali jekk ikun meħtieġ u innumera kull paġna.
1. Il-Qorti
L-attenzjoni tiegħek tinġibed lejn il-fatt li inti tista' tapplika biss għal Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (“l-Ordni ta' Preservazzjoni”) jekk il-qorti tkun tinsab fi Stat Membru fejn japplika r-Regolament (UE) Nru 655/2014. Bħalissa dan mhuwiex il-każ tad-Danimarka u tar-Renju Unit.
F'din il-parti għandek tidentifika l-qorti li quddiemha tkun tixtieq tressaq ir-rikors tiegħek għal Ordni ta' Preservazzjoni. Meta tiddeċiedi liema qorti se tagħżel, għandek tqis x'inhuma r-raġunijiet li jagħtu ġurisdizzjoni lill-qorti.
Jekk tkun għadek ma ksibtx sentenza, transazzjoni ġudizzjarja permezz tal-qorti jew strument awtentiku li jkun tobbliga lid-debitur biex iħallas il-pretensjoni tiegħek, il-ġurisdizzjoni għall-ħruġ ta' Ordni ta' Preservazzjoni tkun tal-qrati tal-Istat Membru li jkollhom ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-kwistjoni f'konformità mar-regoli applikabbli. Dawn jinkludu, b'mod partikolari, ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma' obbligi ta' manteniment. Fis-sit web tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika fl-indirizz https://e-justice.europa.eu tista' ssib aktar informazzjoni dwar ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni. Fit-taqsima 5 ta' din il-formula hemm lista tar-raġunijiet li jagħtu ġuriżdizzjoni.
Għall-iskopijiet tar-Regolament (UE) Nru 655/2014, il-proċedimenti dwar il-mertu tal-kwistjoni jkopru kwalunkwe proċediment li għandu l-għan li jikseb titolu eżekuttivdwar il-pretensjoni sottostanti tiegħek, pereżempju, proċedimenti sommarji li jikkonċernaw ordnijiet għal pagament u proċedimenti bħal ma hija l-“procédure de référé” fi Franza.
Jekk id-debitur ikun konsumatur li jkun ikkonkluda kuntratt miegħek għal skop li jista' jitqies bħala li jkun lil hinn min-negozju jew professjoni tiegħu, huma biss il-qrati tal-Istat Membru li fih id-debitur huwa domiċiljat li jkunu jistgħu joħorġu Ordni ta' Preservazzjoni.
Jekk tkun diġà ksibt sentenza jew transazzjoni ġudizzjarja permezz tal-qorti li tobbliga lid-debitur iħallas il-pretensjoni tiegħek, il-ġuriżdizzjoni għall-ħruġ ta' Ordni ta' Preservazzjoni tkun tal-qrati tal-Istat Membru li fih tkun inħarġet is-sentenza jew tkun ġiet approvata jew konkluża t-transazzjoni ġudizzjarja permezz tal-qorti.
Jekk tkun diġà ksibt strument awtentiku, il-ġurisdizzjoni għall-ħruġ ta' Ordni ta' Preservazzjoni għall-pretensjoni speċifikata f'dak l-istrument hija tal-qrati nnominati għal dak l-iskop fl-Istat Membru li fih ikun tfassal dak l-istrument.
Kif tkun identifikajt f'liema Stat Membru għandek tressaq il-pretensjoni tiegħek, tista' ssib l-ismijiet u l-indirizzi tal-qrati kompetenti għall-Ordni ta' Preservazzjoni fuq is-sit web tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika fl-indirizz https://e-justice.europa.eu/content_european_account_preservation_order…. Fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika tista' ssib ukoll xi informazzjoni dwar il-ħlas tat- taxxa tal-qorti fi proċedimenti biex jinkiseb Ordni ta' Preservazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat.
1. Il-qorti li quddiemha tkun qiegħed tressaq ir-rikors tiegħek