Skip to main content

ANNESS IV - Dikjarazzjoni rigward il-preservazzjoni tal-fondi

  • Current Ibda
  • Stadju 2
  • Stadju 3
  • Stadju 4
  • Complete

ANNESS IV

Dikjarazzjoni rigward il-preservazzjoni tal-fondi

(L-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta' Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad- dejn f'materji ċivili u kummerċjali)

INFORMAZZJONI IMPORTANTI

Din id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat lill-qorti emittenti u lill-kreditur skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, (sakemm ma tkunx inħarġet minn dik l-istess awtorità) skont l-Artikolu 25(3) ta' dak ir-Regolament. Id-dikjarazzjoni għandha tinħareġ mhux iktar tard mit- tielet jum ta' xogħol wara l-implimentazzjoni tal-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (“l-Ordni ta' Preservazzjoni”). Jekk, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, ma jkunx possibbli għall-bank jew għal xi entità oħra li toħroġ id-dikjarazzjoni fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, għandha toħroġha malajr kemm jista' jkun iżda sa mhux aktar tard minn tmiem it-tmien jum ta' xogħol wara l-implimentazzjoni tal-Ordni ta' Preservazzjoni. 

Il-kreditur għandu l-obbligu, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014, li jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura r-rilaxx ta' kull ammont li, wara l-implimentazzjoni tal-Ordni ta' Preservazzjoni, ikun jaqbeż l-ammont speċifikat fl-Ordni ta' Preservazzjoni. Il-verżjoni elettronika tal-formola li għandha tintuża għat-talba tar-rilaxx ta' ammonti ogħla mill-ammont ta' preservazzjoni tinstab fis-sit web tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja fl-indirizz https://e-justice. europa.eu/content_european_account_preservation_order-378-mt.do u tista' timtela onlajn ukoll.

Jekk dil id-dikjarazzjoni ma tinħariġx mill-bank iżda mill-entità responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-Ordni ta' Preservazzjoni, l-isem, l-indirizz u dettalji oħra ta' kuntatt ta' dik l-entità għandhom ikunu indikati fl-aħħar tal-formola (il- punt 5.11).
 

Kodiċijiet tal-pajjiż

Waqt li timla din il-formula, kull meta tirreferi għal Stat Membru jekk jogħġbok uża l-kodiċijiet tal-pajjżi kif ġej:

AT L-Awstrija EL Il-Greċja IT L-Italja PT Il-Portugall
BE Il-Belġju ES Spanja LT Il-Litwanja RO Rumanija
BG Bulgarija FI Il-Finlandja LU Il-Lussemburgu SE L-Iżvezja
CY Ċipru FR Franza LV Il-Latvja SI Is-Slovenja
CZ Ir-Repubblika Ċeka HR il-Kroazja MT Malta SK L-Islovakkja
DE Il-Ġermanja HU L-Ungerija NL L-Olanda  
EE L-Estonja IE L-Irlanda PL Il-Polonja  

Meta f'din il-formola ikun possibbli li jiżdied test liberu, u meta l-formola tkun qiegħda timtela fuq il-karta, jekk jogħġbok uża folji addizzjonali jekk ikun meħtieġ u innumera kull paġna.

1. Il-qorti li tkun ħarġet l-Ordni ta' Preservazzjoni

1.2. Indirizz

2. L-Ordni tal-Preservazzjoni

2.4. Munita:
Issejvja l-abbozzIllowdja l-abbozz