(Artikolu 42 (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat- 18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment (1 ))
Din il-formola għandha timtela jekk diġà għandek deċiżjoni dwar il-manteniment li tridha tiġi rikonoxxuta u eżegwita f’pajjiż ieħor tal-UE. Il-formola għandha timtela b’lingwa aċċettata mill-pajjiż riċeventi. Jekk jogħġbok innota li l-lingwa tat-tweġibiet trid tkun l-istess bħal dik tal-formola. Din il-formola tista’ timtela onlajn u fil-fatt din hija l-għażla rakkomandata, għaliex hekk tista’ timla l-formola fil-lingwa tiegħek u tibdilha fil-lingwa aċċettata mill-pajjiż riċeventi. Jekk tixtieq timla din il-formola bil-kitba jekk jogħġbok uża ittri kapitali u pinna u ppreżenta l-verżjoni tal-lingwa aċċettata mill-pajjiż riċeventi. Jekk għandek bżonn aktar assistenza ikkonsulta l-gwida hawnhekk jew ikkuntattja l-Awtorità Ċentrali tiegħek - ara d-dettalji ta’ kuntatt hawnhekk .
ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1. (il-link )
Jekk jogħġbok agħżel waħda mill-għażliet hawn taħt