Skip to main content

PROĊEDURA EWROPEA GĦAL TALBIET ŻGĦAR-FORMOLA A

  • Current Ibda
  • Stadju 2
  • Stadju 3
  • Stadju 4
  • Stadju 5
  • Stadju 6
  • Stadju 7
  • Stadju 8
  • Stadju 9
  • Complete

ANNESS I

PROĊEDURA EWROPEA GĦAL TALBIET ŻGĦAR

IL-FORMOLA A

FORMOLA TAT-TALBA

(L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar)

(*) Għandha timtela mill-qorti/mit-tribuna

INFORMAZZJONI IMPORTANTI


 

AQRA L-LINJI GWIDA FIL-BIDU TA’ KULL TAQSIMA - DAWN GĦANDHOM JGĦINUK TIMLA DIN IL-FORMOLA
 


Assistenza fil-mili tal-formola

Tista’ tibbenefika minn assistenza sabiex timla din il-formola. Biex issir taf kif tista’ tikseb l-assistenza tista’ tirreferi għall-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u ppubblikata fis-sit web tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali, li huwa disponibbli fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika https://e-justice.europa.eu/content_small_claims-354-mt.do. Innota li din l-assistenza ma tinkludix għajnuna legali, li għaliha trid issir talba xierqa skont il-liġi nazzjonali; lanqas ma tinkludi valutazzjoni legali tal-kawża tiegħek.

 

Lingwa

Imla din il-formola bil-lingwa tal-qorti/tat-tribunal li lilha jew lilu qed tibgħat it-talba tiegħek. Innota li l-formola hija disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika https://e-justice.europa.eu/content_small_claims_forms-177-mt.do. Din tista’ tgħinek sabiex timla l-formola fil-lingwa meħtieġa. 

 

Dokumenti ta’ sostenn 
Innota li l-formola tat-talba jinħtieġ li tkun akkumpanjata, fejn ikun il-każ, minn kull dokument rilevanti ta’ sostenn. Madankollu, dan ma jżommokx milli tippreżenta, fejn ikun il-każ, provi ulterjuri matul il-proċedura. 
Il-konvenut jiġi nnotifikat b’kopja tal-formola tat-talba u, fejn ikun il-każ, bid-dokumenti ta’ sostenn. Il-konvenut ikollu l-opportunità li jippreżenta r-risposta tiegħu għal dan.

 

1. Qorti/tribunal

 

F’din it-taqsima jinħtieġ li tidentifika l-qorti / t-tribunal li lilha jew lilu qed tagħmel it-talba tiegħek. Meta tiddeċiedi liema qorti / tribunal se tagħżel, għandek tikkunsidra r-raġunijiet għall-ġurisdizzjoni tal-qorti / tat-tribunal. Fit-Taqsima 4 hemm inkluża lista mhux eżawrjenti ta’ eżempji ta’ raġunijiet possibbli ta’ ġurisdizzjoni. Tista’ tuża l-faċilità tat-tiftix dedikata li tinsab fuq il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja sabiex issib id-dettalji (l-indirizz, in-numru tat-telefown eċċ.) tal-qorti bil-ġurisdizzjoni:
https://e-justice.europa.eu/content_small_claims-354-mt.do

1. F’liema qorti jew tribunal qed tagħmel it-talba tiegħek?

Issejvja l-abbozzIllowdja l-abbozz